L-Erbgħa li ġej jingħata bidu għal tournament tal-Waterpolo b’differenza hekk kif il-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq se tkun qed tilqa’ plejers veterani li se jkunu qed jilagħbu fil-Malta Masters International Tournament.
Dan it-tournament hi inizjattiva tal-plejer internazzjonali Malti Stevie Camilleri flimkien maċ-Champion Olimpiku Serb Slobodan Nikic, il-President ta’ Exiles Andrew Paris u l-preżentatriċi tat-televiżjoni Claire Agius Ordway.
Dan it-tournament li se jsir taħt l-awspiċi tal-ASA jibda l-Erbgħa 12 ta’ Settembru u jintemm il-Ħadd 16 ta’ Settembru. B’kollox se jkun hemm sitt timijiet parteċipanti, bil-plejers kollha se jkollhom tal-anqas 40 plejer.
It-timijiet li se jieħdu sehem huma t-timijiet Maltin Sliema u Balluta Masters (magħmula minn eks plejers ta’ Neptunes u Exiles, Atlant tal-Belarus, Imperial Sport tal-Moldova, Waterpolo Bari tal-Italja u Robben Masters II tal-Olanda.
Il-programm kollu
L-Erbgħa 12 ta’ Settembru
Balluta Masters v Sliema 6.30pm
Il-Ħamis 13 ta’ Settembru
Balluta Masters v Robben Masters II 6.30pm
Sliema v Imperial Sport 6.30pm
Waterpolo Bari v Atlant 7.45pm
Il-Ġimgħa 14 ta’ Settembru
Atlant v Imperial Sport 9.00am
Robben Masters II v Waterpolo Bari 10.15am
Sliema v Atlant 6.30pm
Balluta Masters v Waterpolo Bari 6.30pm
Robben Masters II v Imperial Sports 7.45pm
Is-Sibt 15 ta’ Settembru
Balluta Masters v Atlant 1.00pm
Sliema v Robben Masters 2.15pm
Waterpolo Bari v Imperial Sport 3.30pm
Il-Ħadd 16 ta’ Settembru
Waterpolo Bari v Sliema 9.00am
Balluta Masters v Imperial Sport 10.15am
Robben Masters II v Atlant 11.30am
//= $special ?>