Ekonomija Lokali Parlament

Il-Baġit se jkun fit-22 t’Ottubru

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li d-data għall-Baġit ta’ din is-sena mistennija tkun fit-22 t’Ottubru.

Dan ħabbru waqt laqgħa li saret mal-unions qabel il-Baġit.

Il-Ministru tal-Finanzi tkellem dwar l-andament tal-ekonomija fejn fost oħrajn emfasizza l-importanza li għandha l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza fl-ekonomija Maltija.