Knisja Lokali

Jaslu lura Malta grupp ta’ abbatini Maltin li ltqagħu mal-Papa

Grupp ta’ abbatini zġħazagħ illum irritornaw lura Malta minn żjara li għamlu fil-Vatikan flimkien ma’ Fr Frans Bonnici li mexxa l-grupp. Huma kellhom ċerimonja tal-vestizzjoni fil-Vatikan stess.

Il-ġuvintur għamlu esperjenza sabiħa li mhux se jinsuha malajr meta kellhom ukoll ix-xorti li jiltaqgħu personalment mal-Papa u saħansitra għenuh fil-quddiesa tal-Ħadd.

Huma qalu li ħassewhom emozzjonati u eċitati fil-mument qabel ma ltqagħu mal-Papa u li kienu ilhom jistennew dak il-mument u qattgħu ħin twil jippreparaw għalih.

Waqt iż-żjara huma kellhom ukoll l-okkażżjoni jżuru postijiet storiċi fil-belt Taljana.

Dan ma kienx l-ewwel grupp ta’ abbatini li ttelgħu il-Vatikan. L-ewwel darba li saret żjara bħal din kien 53 sena ilu meta fl-1965 il-Kanonku Delia tella’ l-ewwel grupp ta’ subien. Dun Alwiġ Deguara u Dun Valent Borg ukoll għamlu snin itellgħu gruppi diversi. Dun Frans Bonnici nnifsu ilu għoxrin sena jakkumpannja lil dawn il-gruppi.