Numru ta’ residenzi fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta dalgħodu qamu bi problemi fis-servizz tal-ilma.
Jidher illi għall-ħabta tal-4am kien hemm ħsarat lejn l-inhawi ta’ Daħlet San Klement u bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma għaddejja bit-tiswijiet necessarji. Dan wassal sabiex naqset il-pressa f’niversi djar.
Fi stqarrija, il-Korporazzjoni qalet li se żżomm lill-pubbliku infurmat b’aktar żviluppi fil-ħin li ġej.
//= $special ?>