Sport Waterpolo

RITRATTI: L-isbaħ xeni mill-partita bejn San Ġiljan u Neptunes

Il-partita tal-bieraħ bejn San Ġiljan u Neptunes li ddeterminat min se jirbaħ il-kampjonat, ħarġet is-sabiħ tal-Waterpolo f’pajjiżna li f’partiti deċiżivi jiġbed lejn il-Pixxina Nazzjonali folol kbar. Rivalità bejn iż-żewġ settijiet ta’ partitarji u plejers, logħob eċċitanti u missielet kif ukoll ċelebrazzjonijiet u dwejjaq, kienu uħud mill-emozzjonijiet li din il-partita ħolqot. Żgur li din ir-rivalità mistennija tiġġedded għada fit-8.00pm hekk kif iż-żewġ timijiet jilagħbu kontra xulxin il-finali tan-knock-out.

(Ritratti: Martin Agius)