Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Raġel sofra feriti gravi wara ħabta li seħħet bejn mutur u karozza. Il-każ seħħ kmieni dalgħodu fi Triq San Martin fl-Imġarr.

Ir-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Honda li għal xi raġuni kellu impatt ma’ karozza Volkswagen Bora misjuqa minn Tuneżin ta’ 58 sena residenti l-Mellieħa.

Il-vittma għandu 27 sena u hu residenti f’Wied il-Għajn. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Dwar il-każ għaddejin l-investigazzjonijiet minn naħa tal-Pulizija.

Ikkummenta