Futbol Sport

Silvio Vella jsejjaħ l-iskwadra finali għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Georgia

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Il-kowċ nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra ta’ 19-il plejer bi preparazzjoni għall-partita ta’ ħbiberija li t-tim nazzjonali Malti għandu għada kontra l-Georgia, logħba li tibda fil-5.00pm fis-Centenary Stadium.

Din il-partita se ssir bi preparazzjoni għall-aħħar żewġ impenji li t-tim Malti għandu minn Grupp 6 mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Ungerija u Ċipru, żewġ partiti li se jintlagħbu f’pajjiżna.

Wara t-telfa ta’ 4-0 fl-aħħar logħba kontra l-Belġju, iż-żgħażagħ Maltin taħt it-tmexxija ta’ Vella, kompla bit-taħriġ b’żewġ sessjonijiet fi tmiem il-ġimgħa, bil-kowċ nazzjonali jagħmel evalwazzjoni tal-grupp qabel iddeċieda fuq l-iskwadra finali.

Mill-partita tal-Ġimgħa ma kienx hemm tibdil kbir. Daħal fl-iskwadra l-plejer ta’ Valletta Nicholas Pulis filwaqt li naqsu Zachary Brincat ta’ Mosta u Yannick Yankam ta’ Qormi.

Skwadra finali

Gowlkipers: Jake Galea (Sliema Wanderers), Matthew Grech (Floriana)

Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Dunstan Vella (Hibernians), Nicholas Pulis (Valletta), Kurt Zammit (Birkirkara), Michele Sansone (Sliema Wanderers)

Midfielders: Myles Beerman (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Nikolai Muscat (Gżira United), Zack Scerri (Gżira United), Dylan Agius (Pietà Hotspurs), Jake Grech (Birkirkara)

Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Kyrian Nwoko (Valletta), Christian Mercieca (Victoria Hotspurs)