Alleanza ta’ milizzji fis-Sirja bdiet l-aħħar fażi ta’ kampanja biex tkeċċi lit-terroristi tal-ISIS mill-artijiet tal-grigal, u fejn mistennija diversi battalji diffiċli.
Intant, l-alleanza tal-qawwiet Demokratiċi tas-Sirja, li għandha l-appoġġ tal-Istati Uniti, bdiet offensiva tal-art fuq il-militanti ġiħadisti madwar il-belt ta’ Hajin u wara li l-ISIS saħħew il-pożizzjonijiet fl-inħawi li huma l-aħħar fortizza tagħhom fis-Sirja.
Il-gruppi favur id-drittijiet umani waqqfu rotta minfejn jistgħu jaħarbu ċ-ċivili ta’ dik iz-zona, meta l-bumbardamenti u l-attakki mill-ajru fuq il-pożizzjonijiet tal-ISIS qed ikunu l-aktar qawwija għal xhur sħaħ.
//= $special ?>

