L-MEP Roberta Metsola tiddefendi l-valuri tal-UE f’diskors b’saħħtu
Hekk kif l-Erbgħa, l-Parlament Ewropew se jivvota dwar jekk il-Kummissjoni Ewropea għandiex tiftaħ proċeduri kontra l-Ungerija minħabba kwistjonijiet marbuta mad-demokrazija u s-saltna tad-dritt, it-Tlieta waranofsinhar, fl-istess Parlament kien hemm dibattitu mqanqal dwar x’passi – jekk għandha tieħu – l-Unjoni Ewropea fil-konfront tal-Gvern Ungeriż.
Għal dan id-dibattitu attenda l-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban li qal li l-vot tal-Parlament Ewropew hu diġà deċiż, filwaqt li sostna li l-Gvern Ungeriż wieġeb għal kull punt li tqajjem fl-istess rapport.
Indirizzat il-Parlament Ewropew ukoll l-MEP tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola, li ddefendiet il-valuri Ewropej.
Roberta Metsola qalet li fil-vot dwar l-Ungerija, hi se tiddefendi dawn il-valuri Ewropej.
Il-vot ta’ għada jista’ jfisser li jekk il-proċeduri jidħlu fis-seħħ, l-Ungerija jitneħħewlha d-drittijiet tal-vot fl-istituzzjonijiet Ewropej.
//= $special ?>