Duncan Micallef naqas li jiddefendi l-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing li rebaħ is-sena l-oħa wara li l-Ħadd kien eliminat fil-kwarti tal-finali tas-sitt rawnd tal-kampjonat organizzat mill-FIA f’Santa Pod fl-Ingilterra.
Il-Kampjonat Ewropew intrebaħ minn Anita Makela. Il-Finlandiża kienet f’pajjiżna s-sena l-oħra fejn kinet aċċettat li tattendi għall-Motors Inc. Malta Motorsports Awards wara istedina tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport.
Fil-finali Makela għelbet lil Jndia Erbacherfilwaqt li Urs Erbacher tal-Iżvizzera spiċċa fit-tielet post. Micallef kien eliminat minn Antti Horto fil-kwarti tal-finali biex b’hekk ġie eliminat, bil-Finlandiż kien eliminat minn Erbacher.
//= $special ?>