Sport Sport Ieħor

Duncan Micallef eliminat fil-kwarti tal-finali tal-aħħar rawnd tal-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing

Duncan Micallef flimkien mar-rebbieħa tal-Kampjonat Ewropew Anita Makela

Duncan Micallef naqas li jiddefendi l-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing li rebaħ is-sena l-oħa wara li l-Ħadd kien eliminat fil-kwarti tal-finali tas-sitt rawnd tal-kampjonat organizzat mill-FIA f’Santa Pod fl-Ingilterra.

Il-Kampjonat Ewropew intrebaħ minn Anita Makela. Il-Finlandiża kienet f’pajjiżna s-sena l-oħra fejn kinet aċċettat li tattendi għall-Motors Inc. Malta Motorsports Awards wara istedina tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport.

Fil-finali Makela għelbet lil Jndia Erbacherfilwaqt li Urs Erbacher tal-Iżvizzera spiċċa fit-tielet post. Micallef kien eliminat minn Antti Horto fil-kwarti tal-finali biex b’hekk ġie eliminat, bil-Finlandiż kien eliminat minn Erbacher.