Fil-ġranet li ġejjin, fil-Kumpless tal-Basketball f’Ta Qali, se jiġi organizzat kors għal referees ġodda tal-basketball, anke għal persuni bi ftit jew mingħajr esperjenza tal-basketball. Dan se jkun organizzat mill-Malta Basketball Referees Association b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tar-Referees fi ħdan il-Malta Basketball Association.
Dan il-kors, li hu bla ħlas u mifrux fuq tliet ġranet bejn id-9.00am u s-2.00pm, se jkopri l-fundamentali bażiċi tal-kontroll tal-logħba u se jkun hemm kemm aspetti teoretici kif ukoll prattika sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jibdew gradwalment jikkontrollaw xi partiti minuri bl-assistenza ta’ referees kwalifikati. Id-dati ta’ dan il-kors se jkunu s-Sibt 15, il-Ħadd 16 u s-Sibt 22 ta’ Settembru.
Dawk interessati (età minima 14-il sena) huma mitluba jikkuntattjaw (b’email jew telefon) l-Instructor Nazzjonali FIBA fuq briantsly@icloud.com / 99556887 jew id-Direttur tar-Referees fuq bvassallo@mba.org.mt / 79404404. L-applikazzjonijiet jintlaqghu sal-Hamis 13 ta’ Settembru 2018.
//= $special ?>