Internazzjonali

L-Istati Uniti fil-mira ta’ uragan qawwi…..

Mijiet ta’ eluf ta’ nies fl-Istati Uniti bħalissa qegħdin iħejju għall-effetti ta’ Uragan bl-isem ta’ Florence li mistenni jolqot dalwaqt it-territorji qrib ta’ Wilmington, f’North Carolina.

L-elementi ta’ Florence għandhom jiġġeneraw l-ewwel maltempata fuq dan il-livell meta qed jibda l-istaġun tal-uragani u meta mistennija jiddominaw irwiefen b’veloċità ta’ 140 kilometru fis-siegħa.

‘Il fuq minn miljun residenti f’North u South Carolina kif ukoll f’Virginia ngħataw direttivi biex jevakwaw djarhom biex jevitaw il-qilla ta’ dan l-uragan li qed jitqies bħala wieħed perikoluż għall-aħħar.