L-Istati Uniti, bħalissa, qed tfakkar is-17 il-anniversarju mill-attakki terroristiċi storiċi tal-Al-Qaeda fuq Washington u New York li ħallew qrib it-3,000 mejtin.
Il-President Amerikan Donald Trump u martu Melania qegħdin jieħdu sehem f’diversi avvenimenti biex ifakkru dak il-jum iswed meta t-terroristi, fil-11 ta’ Settembru tal-2001, mexxew l-ajruplani bil-pasiġġieri għal ġol World Trade Centre ta’ New York u l-Pentagon f’Arlington, fl-Istat ta’ Virginia.
Bħalissa iċ-ċerimonji ta’ tislima għall-vittmi tal-attakki jinsabu għaddejjin fin-9-11 Memorial plaza, fis-sit tal-World Trade Centre, fi New York, kif ukoll f’diversi bliet oħra tal-Istati Uniti.
//= $special ?>

