Kultura Kunsilli Lokali Lokali

AĠĠORNATA: Nofs il-Kunsilli Lokali mhux kommessi li jnaqqsu l-bżieżaq li jittajru

Inizjattiva tal-AKL issib l-appoġġ ta' 30 Kunsill biss

Minn madwar 68 Kunsill Lokali li għandna f’Malta u Għawdex kienu biss 30 dawk li ingħaqdu mal-inizjattiva tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL) sabiex isir sforz aktar qawwi biex jitnaqqas il-plastik – partikolarment għal dak li għandu x’jaqsam bżieżaq li jittajru.

Il-kontroversja kollha kienet bdiet f’Ġunju li għadda meta l-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi kien ħabbar li se jaqta’ it-tradizzjoni tal-bżieżaq li jintelqu fis-sema mal-ħruġ tal-vara titulari. Dan wara li kien hemm kritika minn numru ta’ ambjentalisti, fosthom il-Fundatriċi tal-Malta Clean Up Camila Appelgren.

Il-pass ta’ din l-ngo kien imfaħħar minn bosta, u kien għalhekk li l-AKL iddeċidiet li toħroġ ċirkulari f’dan is-sens. Id-dokument iġib l-isem “L-effett negattiv tal-bżieżaq li jittajru”.

Sfortunatament kienu biss 30 dawk il-Kunsilli Lokali li ingħaqdu ma’ din l-inizjattiva. Dawn huma:
Kunsill Lokali Mosta
Kunsill Lokali Mdina
Kunsill Lokali Sliema
Kunsill Lokali Kalkara
Kunsill Lokali Birkirkara
Kunsill Lokali Attard
Kunsill Lokali Imġarr
Kunsill Lokali Balzan
Kunsill Lokali Marsaxlokk
Kunsill Lokali Marsaskala
Kunsill Lokali Mtarfa
Kunsill Lokali Għargħur
Kunsill Lokali Iklin
Kunsill Lokali Ħal-Safi
Kunsill Lokali Qrendi
Kunsill Lokali Gżira
Kunsill Lokali Pembroke
Kunsill Lokali Nadur
Kunsill Lokali Gudja
Kunsill Lokali Floriana
Kunsill Lokali Isla
Kunsill Lokali Rabat Għawdex
Kunsill Lokali Swieqi
Kunsill Lokali Siġġiewi
Kunsill Lokali Naxxar
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar
Kunsill Lokali Imsida
Kunsill Lokali Birżebbuġa
Kunsill Lokali Mellieħa
Kunsill Lokali Pieta’

Il-bqija tal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex ma ntrabtux illi jimplimentaw dan id-dokument.

B’reazzjoni għal din l-istorja, il-Kunsill Lokali tal-Belt preċiża ma’ Net News illi ma nħassitx il-ħtieġa li jiġi ffirmat dan il-Memorandum of Understanding mal-AKL għaliex il-Kunsill diġa’ japplika miżuri simili.