Lokali

Sea Watch iżomm lill-Gvern responssabbli’ għal imwiet li jistgħu jiġu evitati

"Il-pressjoni politika u l-logħob bil-poter tagħkom qed tiswa l-ħajjiet ta' l-aktar nies vunnerabbli fid-dinja llum"

F’ittra li bgħat lill-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Bord tal-vapur Sea Watch qed iżżomm lill-Gvern Malti responsabbli tal-imwiet li qed iseħħu fl-ibħra meta dawn jistgħu jiġi evitati bil-ħidma tal-istess vapur.

Fl-ittra l-bord qal li l-gvern deliberatament u bla raġuni ilu ‘l fuq minn xahrejn iżomm il-vapur Sea Watch 3 u dan mingħajr ġustifikazzjoni legali u purament fuq bażi politika. Skont l-istess bord il-Gvern qed juża l-poter li għandu f’idejh biex jaqbez għal kollox is-saltna tad-dritt u li dan hu ta’ għajb kbir għal pajjiżna.

L-ittra tkompli tgħid li Sea Watch dejjem uriet trasparenza tul il-każ mentri min-naħa tal-gvern Malti
kien hemm inkonsistenza u bidla fir-rotta waqt il-komunikazzjoni mal-bord.

L-ittra ttemm tgħid li l-Gvern Malti se jinżamm respnsabbli għal kull mewt li sseħħ fl-ibħra bejn Malta u l-Libja u titlob ir-rilaxx immedjat ta’ Sea Watch 3.