Lokali Qorti

“Simon Schembri kien f’xifer il-mewt”

Tkompli l-kumpilazzjoni fil-każ kontra Liam Debono

Dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront taż-żagħżugħ ta’ 17-il sena li qed jiġi akkużat bl-attentat qtil tal-Kuntistabbli Simon Schembri lura f’Mejju li għadda quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud.

Iż-żagħżugħ tpoġġa’ taħt att ta’ akkuża wara li nstemgħet ix-xhieda ta’ Schembri li rrakkonta x’ħass u x’għadda minnu fil-15 ta’ Mejju.

Fost ix-xiehda kien hemm il-Kirurgu ortopediku John Casalletto, stazzjonat l-Isptar Mater Dei. Hu spjega li mal-ewwel kien jidher li kellu ħafna ġrieħi, bl-iżjed waħda ovvja tkun idejh il-leminija.

Kellu wkoll ħafna ksur fil-kaxxa tas-sidru, u kien fil-periklu tal-mewt imminenti.

Il-vittma tilef in-nervituri kollha għal idejh u ma kienx hemm demm sejjer għal idejh. Il-Kirurgu sostna li Schembri se jkollu bżonn aktar trattament