L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista jirreaġixxu għall-ħidma tal-KE fis-sena li jmiss
Id-diskors tal-Istat tal-Unjoni Ewropea ta’ Jean Claude Juncker kien wieħed mistenni għaliex matulu, ppreżenta l-pjan ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għas-sena d-dieħla – l-aħħar sena tal-Kummissjoni mmexxija mill-istess Juncker.
Fid-diskors tiegħu, waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, Juncker ressaq ‘il quddiem diversi proposti dwar temi varji, b’mod partikolari dwar is-saltna tad-dritt, is-sigurtà u l-immigrazzjoni, kif ukoll il-fondi l-edukazzjoni.
Dawn huma r-reazzjonijiet tat-tliet MEPs tal-Partit Nazzjonalista David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech, għad-diskors ta’ Jean Claude Juncker.
Il-proposti ewlenin għall-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea matul is-sena d-dieħla huma dawn:
– Superviżjoni aktar b’saħħitha kontra l-ħasil tal-flus biex l-Ewropa jkollha s-setturi finanzjarji u tal-banek b’saħħithom
– Kompromess dwar riforma għall-immigrazzjoni u l-fruntieri
– Twaqqif tal-bidla fil-ħin mal-istaġun
– Pjan finanzjarju b’saħħtu li jappoġġja l-investiment barra l-Unjoni Ewropea
– Alleanza ‘Afrika-Ewropa’ li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ekonomiċi u żżid l-investiment u x-xogħol
– Deċiżjonijiet aktar effiċjenti dwar il-politika barranija u dik ta’ sigurtà
– Uffiċċju Ewropew ta’ Prosekutur Pubbliku b’saħħtu biex jiġġieled it-terroriżmu bejn il-fruntieri
– Miżuri li jassiguraw elezzjonijiet Ewropej bla indħil
– Regoli ġodda li jneħħu l-kontenut terroristiku minn fuq l-internet