Il-gowlkiper ta’ Tottenham Hugo Lorris ingħata sospensjoni ta’ 20 xahar u ġie mmultat £50,000. Lloris wieġeb li hu ħati li nstab isuq taħt l-effett ta’ alkoħol u ammetta li kien qabeż aktar mid-doppju ta’ limitu meta twaqqaf fis-sigħat bikrin tal-24 ta’ Awwissu.
Lloris li kien il-captain ta’ Franza fir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja dan is-sajf, kien qed isuq il-karozza Porsche Panamera f’Gloucester Place, Marylebone meta twaqqaf mill-pulizija. Il-gowlkiper deher fil-qorti wara li rritorna mil-logħba ta’ Franza kontra l-Olanda t-Tnejn.
Il-Prosekutur Henry Fitch qal li l-pulizija waqqfet il-karozza ta’ Lloris li kienet għaddejja bi 15-il mil fis-siegħa f’żona ta’ 30 mil fis-siegħa. Hu wkoll dawwar il-karozza fid-direzzjoni ta’ karozzi pparkjati.
Il-maġistrat Amanda Barron qalet li l-multa tirrappreżenta l-offiża serja kif ukoll id-dħul finanzjarju tal-gowlkiper, bid-dettalji tas-salarju ma jkunux żvelati fil-qorti. Hi qalet lil Lloris li mhux biss kien qed ipoġġi ħajtu f’riskju iżda wkoll tal-passiġġier li kien hemm miegħu.
Lloris iffirma ma’ Tottenham mingħand Olympqiue Lyon fl-2012 u lagħab 209 logħbiet fil-Premier League fejn f’75 minnhom ma sofra l-ebda gowl. Mat-tim nazzjonali hu lagħab aktar minn 100 logħba u ma lagħbx kontra Watford minħabba li kien imweġġa’.
//= $special ?>