L-inizjattiva tal-Knisja li tiftaħ żewġ hostelsgħall-istudenti Għawdxin f’Malta hi ta’ min ifaħħarha, qed ittaffi n-nuqqasijiet kbar tal-Gvern fil-housing, u turi lill-Knisja bħala attriċi importanti fil-ħajja soċjali u s-solidarjetà. Minflok il-Gvern għadu qed jesplora l-possibilità li tinbena hostelfejn joqogħdu l- istudenti Għawdxin li jistudjaw f’Malta.
Dan qaluh fi stqarrija il-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli u Frederick Azzopardi.
L-istudenti Għawdxin huma milqutin bil-qawwi mill-problemi li qed jolqtu wkoll lill-Maltin, speċjalment it-traffiku dejjem jiżdied u l-kera dejjem togħla. Studenta Għawdxija kienet kitbet fuq il-frustrazzjoni taż-żidiet qawwija fil-kirjiet meta l-kirja tal-post fejn kienet qed tgħix sakemm tistudja f’Malta kien żdied b’tali mod li ma setgħetx aktar issib postijiet li tista’ toqgħod fihom matul iż-żmien li tistudja. Din l-istudenta Għawdxija kienet qabblet l-istat tal-kiri f’Malta mal-istat tal-kerrejja fil-Brażil.
Clyde Puli u Frederick Azzopardi qalu li dawn il-problemi qed jagħmlu dejjem aktar diffiċli l-aspirazzjoni taż-żgħażagħ Għawdxin ta’ studju f’livell għoli f’Malta.Dawn huma problemi li n-nies qed jistennew lill-Gvern isolvi, imma mhux talli mhux qed jissolvew dawn il-problemi, talli qed jikbru. It-traffiku jinħass jiżdied filwaqt li l-għoli fil-kirjiet qed iwassal għal faqar ġdid u kundizzjonijiet inumani li qed nisimgħu dwarhom kontinwament.
Il-Patrijiet Agostinjani u s-Sorijiet ta’ Saint Joseph qed jiddedikaw żewġt’idjar li għandhom f’Malta, waħda fi Gwardamanġa u waħda fil-Gżira, għad-dispożizzjoni ta’ ġuvintur u tfajliet Għawdxin li jistudjaw f’Malta.Dinl-inizjattiva tal-Knisja hi ta’ min ifaħħarha u qed tidħol fin-nuqqas tal-Gvern u ttaffih. Il-Gvern ilu jwiegħed is-snin li jtaffi anke għall-Għawdxin il-problemi li ħoloq b’idejh fil-qasam tal-housingu tat-traffiku, speċjalment b’immigrazzjoni qawwija bla pjan, imma qatt ma għadda mill-paroli għall-fatti. Fil-fatt, f’kull baġit il-Gvern qed iwiegħed dejjem l-istess affarijiet għax ma jkunx wettaqhom.
Għalhekk Clyde Puli u Frederick Azzopardi sostnew li, l-inizjattiva tal-Knisja hi ta’ min ifaħħarha, tidħol fin-nuqqas tal-Gvern li jaġixxi, u xxejjen l-argument tal-Partit Laburista. Il-Knisja b’din l-inizjattiva flimkien ma’ tant oħrajn qed turi kemm hemm bżonn il-kontribut tagħha fis-soċjetà tagħna anke biex ittaffi n-nuqqasijiet qawwijin min-naħa tal-Gvern.
//= $special ?>