Il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja tal-ambjentalista Joe Sultana li ħadem bla heda favur il-ħarsien tal-ambjent f’pajjiżna. Huwa kellu passjoni wkoll favur il-ħarsien tal-kampanja, n-natura u l-konservazzjoni tal-għasafar. Dan esprimewh fi stqarrija il-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi u Mario Galea.
Joe Sultana jibqa’ magħruf ukoll bħala ornitologu u attivist ambjentali fejn okkupa wkoll il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Birdlife. Huwa kien ukoll kittieb u awtur ta’ bosta kotba dwar il-pajsaġġ fil-gżejjer Maltin.
Il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ Joe Sultana u lil dawk kollha li ħadmu qrib tiegħu.
//= $special ?>