Skeda li tilħaq il-gosti ta’ kulħadd – għall-adulti daqskemm għaż-żgħażagħ biex NET Television ikun ta’ kulħadd.
Hekk spjega ċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media.Link Communications Pierre Portelli, fit-tnedija tal-iskeda l-ġdida ta’ NET Television.
Fil-preżenza tal-impjegati tal-kumpanija u l-aġenziji tar-reklamar, tħabbru l-programmi li se jkunu qed jakkumpanjaw lit-telespettaturi minn Ottubru li ġej.
Ottubru li ġej ifisser ukoll wiċċ ġdid għal NET Television biex id-dehra tal-istazzjon tkun taqbel mal-kumplament tal-media kollha tal-kumpanija.
Id-dettalji dwar l-iskeda ntlaqgħu tajjeb minn dawk preżenti, fost l-oħrajn it-tliet sensiliet ta’ drama, programmi ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti, programmi ta’ lifestyle, programmi ta’ divertiment u programmi sportivi.
Jibqgħu mat-telespettaturi għadd ta’ programmi popolari, filwaqt li jirritorna wkoll il-programm Puree.
Ottubru jara wkoll xi tibdil fl-iskeda ta’ NET FM wara t-tnedija tal-iskeda u l-wiċċ ġdid tal-istazzjon f’Lulju li għadda.
U biex ikompli jżid is-servizzi għat-telespettaturi tiegħu, minn Marzu li ġej il-programmi ta’ NET Television se jkunu jistgħu jiġu segwiti wkoll on demand.
Dan permezz ta’ sit elettroniku ġdid li se jkun qed joffri dan is-servizz għal kulħadd mill-kumdità ta’ daru jew mill-post tax-xogħol.
Għafas hawn biex tnizzel informazzjoni dwar l-iskeda l-ġdida.
//= $special ?>