L-ajruport ta’ Mitiga fi Tripli kellu jerġa’ jingħalaq wara li matul il-lejl bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kienu sparati xi rockets fid-direzzjoni tiegħu. Dan wassal biex it-titjiriet lejh jibdew jintbagħtu lejn dak ta’ Misurata.
L-inċident seħħ anqas minn ġimgħa minn mindu n-Nazzjonijiet Uniti ħabbret li kienet innegozjat waqfien mill-ġlied madwar Tripli. Dawn wara li żbroffa l-ġlied, li ħalla aktar minn 60 persuna mejta.
Mhux magħruf minn spara dawn il-rockets lejn l-ajruport u ma kien hemm ebda rapporti ta’ nies li ndarbu.
Jingħalaq għal darb’oħra l-ajruport ta’ Mitiga


