Il-Parlament Ewropew ħa l-pass storiku biex jingħata bidu għal proċeduri dixxiplinarji kontra l-Ungerija. Dan minħabba ksur tal-valuri bażiċi tal-Unjoni Ewropea taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Viktor Orban.
Il-Gvern ta’ Orban kien akkużat b’attakki kontra l-midja, il-minoranzi u s-saltna tad-dritt. Akkużi li hu jiċħad. Aktar minn żewġ terzi tal-Membri Parlamentari Ewropej appoġġaw din il-mozzjoni – l-ewwel darba li sar pass simili kontra pajjiż membru.
Issa jekk dan ikun approvat mill-mexxejja tal-pajjiżi membri, jistgħu jittieħdu passi dixxiplinarji kontra l-Ungerija, għalkemm hawn l-affarijiet jistgħu jiġu mblukkati mit-tmexxija ta’ pajjiżi li għandhom l-istess ideat politiċi ta’ Orban.
//= $special ?>

