Lokali

Segwi: Id-diskors magħruf bħala ‘State of the Union’ tal-Unjoni Ewropea

Il-proposti ewlenin tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker

– Superviżjoni aktar b’saħħitha kontra l-ħasil tal-flus biex l-Ewropa jkollha s-setturi finanzjarji u tal-banek b’saħħithom

– Kompromess dwar riforma għall-immigrazzjoni u l-fruntieri

– Twaqqif tal-bidla fil-ħin mal-istaġun

– Pjan finanzjarju b’saħħtu li jappoġġja l-investiment barra l-Unjoni Ewropea

– Alleanza ‘Afrika-Ewropa’ li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ekonomiċi u żżid l-investiment u x-xogħol

– Deċiżjonijiet aktar effiċjenti dwar il-politika barranija u dik ta’ sigurtà

– Uffiċċju Ewropew ta’ Prosekutur Pubbliku b’saħħtu biex jiġġieled it-terroriżmu bejn il-fruntieri

– Miżuri li jassiguraw elezzjonijiet Ewropej bla indħil

– Regoli ġodda li jneħħu l-kontenut terroristiku minn fuq l-internet