Kien hemm tħarbit għar-Ryanair wara strajk mill-bdoti u l-cabin crew ta’ din il-linja tal-ajru bbażati fil-Ġermanja. Dan hekk kif tkompli tkaxkar it-tilwima dwar pagi u kundizzjonijiet aħjar.
Madwar 150 titjira minn 400 li kien hemm skedati fil-Ġermanja kellhom jitħassru minħabba l-istrjak, u r-Ryanair wissiet li jekk l-affarijiet ikomplu sejrin hekk aktarx kien se jkollha tagħlaq xi bażijiet u tnaqqis l-impjegati.
Dan hekk kif huma mistennija aktar strajkijiet mill-impjegati tar-Ryanair fil-Belġju, l-Italja, l-Olanda, il-Portugall u fi Spanja.
//= $special ?>

