John Terry irrifjuta li jingħaqad mal-klabb Russu Spartak Moscow minħabba raġunijiet familjari. Il-ġimgħa l-oħra Sky fl-Italja rrappurtat li l-eks captain tal-Ingilterra u Chelsea kien f’diskussjonjiet biex jingħaqad mar-Russi b’kuntratt ta’ sena u b’għażla għas-sena ta’ wara.
Terry li għandu żewġt itfal, għamel l-eżami mediku f’Ruma l-ġimgħa l-oħra iżda issa ddeċieda li ma jmurx jilgħab ir-Russja
Fi stqarrija fuq instagram, Terry qal li wara li ħaseb ħafna ddeċieda li jirrifjura l-offerta ta’ kuntratt li saritlu minn Spartak Moscow. “Irrid nieħu l-opportunità lil Spartak u nawgura lilhom u l-partitarji għall-kumplament tal-istaġun. Huma klabb ambizzjuż u kont impressjonat bil-professjonaliżmu tagħhom.”
Hu żied li wara li evalwa t-trasferiment mal-familja tiegħu, iddeċidew li mhux l-aqwa mossa għalihom f’dan iż-żmien. Riżultat ta’ dan, Terry għadu bla klabb wara li ħalla lil Aston Villa fi tmiem l-istaġun li għadda.
Il-plejer ta’ 37 sena kien captain tat-tim, b’Aston Villa jaslu sal-finali tal-play-off iżda kienu megħluba minn Fulham. F’intervista ma’ The Daily Mail, Terry kien ta ħjiel li jista’ jirritorna ma’ Aston Villa fejn qal li jobgħod jitlef u jħoss ma’ Villa għadu ma spiċċax dak li beda magħhom.
//= $special ?>