Żewġ irġiel sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fin-Nadur, Għawdex.
Kien għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ dalgħodu, li l-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat Għawdex ġew infurmati li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ir-Rabat, in-Nadur.
Il-pulizija marru fil-post, fejn minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li kien seħħ inċident bejn vettura tat-tip Kia Ceres, misjuqa minn raġel ta’ 68 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex u vettura tat-tip Isuzu NKR misjuqa minn raġel ta’ 43 sena minn San Ġiljan. Kawża ta’ dan l-impatt il-vettura tat-tip Isuzu spiċċat f’għalqa.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn kienu ċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.
//= $special ?>