Ambjent Lokali

Protesta mill-ambjentalisti toħloq kommosjoni fl-Awtorita’ tal-Ippjanar

Hemm bżonn policy imfassla fuq l-interessi tal-poplu

Attivisti ambjentali ġew imkeċċija bil-Pulizija minn laqgħa tal-Awtorita’ tal-Ippjanar wara li dawn akkupaw is-sala tal-laqgħat f’dik li huma sejjħu azzjoni paċifika.

Il-protesta għall-fatt li għadha ma tfasslitx policy dwar il-pompi tal-petrol, saret mill-Kamp Emerġenza Ambjent u l-Moviment Graffiti.

Kelliema għall-attivisti qalet li huma jħossu illi aktar minn qatt qabel “hemm bżonn policy imfassla fuq l-interessi tal-poplu u mhux l-interessi tal-ftit”.