F’pajjiż demokratiku huwa dritt fundamentali li persuna tipprotesta u għalhekk il-Partit Nazzjonalista jinnota b’dispjaċir kif protesta paċifika li saret fl-Awtorità tal-Ippjanar spiċċat b’użu ta’ forza eċċessiva sabiex jitwaqqfu id-dimostranti. Stqarr dan il-Partit Nazzjonalista, iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità Beppe Fenech Adami u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar id-Djalogu Soċjali, l-Volontarjat, s-Socjetà Ċivili u l-Kuntatt man-nies Hermann Schiavone.
Filwaqt li n-nies għandhom id-dritt li jipprotestaw, l-Istat għandu jara li l-Pulizija jkunu hemm sabiex jipproteġu lil min ikun qed jipprotesta u mhux jiġi msikket. F’pajjiż verament demokratiku, ċ-ċittadini, is-soċjetà ċivili u l-Pulizija jixraqilhom aħjar.
//= $special ?>