Jonqos biss ftit jiem biex tibda’ s-sena skolastika ġdida u għad hemm inċertezzi kbar biex il-Gvern iwettaq il-wegħda, li kienu ressqu ż-żewġ partiti politiċi ewlenin fl-aħħar elezzjoni ġenerali, dik ta’ trasport għat-tfal kollha li jattendu skejjel tal-Istat, tal-Knisja, tal-Privat u anke l-Kindergarten.
F’sezzjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet fuq Facebook numru ta’ ħsibijiet tal-ġenituri baqgħu mhu
x imwieġba. Fosthom fuq bażi ta’ loġistika jekk it-tfal hux se jkollhom supervizjoni fejn il-kelliema naqsu milli jwieġbu għal din il-mistoqsija.
Ġenituri oħra esprimew li għadhom ma sabux transport għal uliedhom.
Persuni kkumentaw li għalkemm hemm numru ta’ operaturi, konxji tal-fatt li dan mhux biżejjed. U ħafna esprimew li ma sabux post. Speċjalment dawk li uliedhom imorru fl-iskejjel tal-Knisja u l-Privat.
Omm partikolari qalet li pruvat issib trasport għal uliedha li jmorru fl-iskejjel tal-knisja. S’issa hija għadha ma sabitx, flimkien ma’ bosta problemi oħra.
Oħrajn qalu li t-transport tħassar ftit tal-jiem ilu… u l-operatur u anki hu lanqas biss jafu x’se jiġri u kif se titqassam is-sistemà.
Tul dawn l-aħħar ġimgħat fuq il-midja soċjali dan l-istess dubju kien qed jiġi rifless b’numru ta’ posts, b’nies isaqsu kontinwament fuq x’se jiġri minn uliedhom. Dan in-nuqqas ta’ konsultazzjoni u nuqqas ta’ pjan mill-Gvern meta ftit jiem oħra tibda sena skolastika qed ifisser li l-operaturi tat-trasport tal-iskejjel ma jistgħux jippjanaw għax il-Gvern qed joffrilhom biss ħabi u taħwid minflok trasparenza.
//= $special ?>