Il-Federazzjoni tal-Futbol fl-Italja (FIGC) iddeċidiet li tnaqqas tlett punti lill-klabb ta’ Serie A, Chievo Verona, filwaqt li imponietlu multa ta’ 200,000 ewro. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-klabb instab ħati dwar ‘sistema qarrieqa ta’ awditjar’, bl-akkużi jitressqu fil-konfront tal-President, Luca Campedelli u wħud mid-diretturi ta’ Chievo.
F’dan il-każ, l-FIGC iddeċidiet li Chievo kienu ‘eżaġeraw apposta’ ċifri relatati man- negozjati għat-trasferiment ta’ plejers mal-klabb ta’ Cesena.
Għaldaqstant, Luca Campedelli ngħata sospensjoni ta’ tliet xhur mill-FIGC. Dan minkejja li l-prosekutur tal-Federazzjoni Taljana kien qed jitlob sospensjoni ta’ tliet snin għal Campedelli u biex Chievo-Verona jitnaqqsulhom xejn anqas minn 15-il punt.
It-tnaqqis ta’ tliet punti xorta qed jitqies bħala daqqa ta’ ħarta serja għall-klabb Veroniż li, f’dan l-istaġun, mistenni jsibha diffiċli biex iżomm postu fis-Seria A.
F’din is-sitwazzjoni, Chievo, issa jinsabu fuq punteġġ ta’ -2 fis-Serie A wara li huma ħadu punt wieħed biss mill-ewwel tlett impenji tal-istaġun.
Fl-istaġun li għadda Chievo-Verona spiċċaw fit-13-il post tas-Seria A iżda konkludew l-impenji b’vantaġġ ta’ ħames punti biss fuq il-klabbs li spiċċaw fiz-zona l-ħamra.
//= $special ?>