Lokali Saħħa

Il-ħxuna problema enormi għall-Maltin

Riċerka turi li Malta tinsab fit-tieni post minn fost il-pajjiżi Ewropej

Il-Maltin huma eħxen mill-Ingliżi, l-Irlandiżi u l-Ungeriżi. It-Torok biss, bħala medja, huma eħxen minna. Dawn huma l-konklużjonijiet li joħorġu minn studju tan-Nazzjonijiet Uniti illi sar fost 900 miljun persuna minn madwar id-dinja.

Mill-analiżi li saret fi 53 pajjiż, it-Turkija biss għandha problema ta’ obeżita’ aktar minn Malta. Pajjiżna fil-fatt jiġi fit-tieni post fl-Ewropa.

Ir-rata ta’ obeżita’ fit-Turkija hi ta’ 32.1 fil-mija, ir-rata f’Malta hi 28.9 fil-mija filwaqt li r-rata fir-Renju Unit hu ta’ 27.8 fil-mija.

Dan ifisser li terz tal-popolazzjoni f’pajjiżna għandha problema serja ta’ ħxuna.

Ir-rata medja Ewropea hi ta’ 24 fil-mija.

Ir-rapport sar mit-tabiba Claudia Stein, u jindika li l-alkoħol hu fattur ewlieni li jikkontribwixxi għal dawn iċ-ċifri.