Żagħżugħ ta’ 23 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident b’mutur.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa.
Meta l-Pulizija marru fuq li-post, sabu li s-sewwieq tal-mutur tat-tip Yamaha kien tilef il-kontroll tal-mutur, bil-konsegwenza li waqa’.
Iż-żagħżugħ, li hu residenti l-Mosta, saħansitra kellu jittieħed l-isptar fejn hemmek kien iċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija qalu li l-investigazzjonijiet tagħhom għadhom għaddejjin.
//= $special ?>