Ruth Anne Rech, mara ta’ 66 sena, ġiet irrappurtata nieqsa lbieraħ.
Minn stqarrija li ġiet ippubblikata mill-Pulizija, sar magħruf li hi dehret l-aħħar ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħodu f’Raħal Ġdid. Hi kienet liebsa flokk ta’ lewn roża, qalziet iswed u sandli.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-mara, jista jgħaddiha lill-Pulizija anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq in-numru 21224001 jew 119.
L-informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija wkoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>