Internazzjonali

Massakru minħabba tilwima domestika f’Kalifornja

Sitt persuni spiċċaw maqtula f’Bakersfield f’Kalifornja fosthom il-persuna li beda jispara.

L-isparatura seħħet tul diversi zoni f’Bakersfield u l-Pulizija qalet li kollox jindika li l-qtil beda minħabba tilwima domestika u fost il-vittmi hemm il-mara tar-raġel li fetaħ in-nar.

Il-Pulizija qalet li l-isparar kien mifrux tul ħames zoni u kollox dam madwar 15-il minuta. L-isparatura bdiet f’kumpanija tat-trakkijiet fejn inqatel raġel u l-mara tal-qattiel u mbagħad raġel li jidher kien xhud għal dak li ġara.