Lokali

President ġdid għall-Kulleġġ Kandidati tal-PN

Doris Borg inħatret Viċi President

Wara li saret laqgħa u ġiet imfakkra l-memorja tal-mibkija Evelyn Vella Brincat, li kienet il-President tal-Kulleġġ għal dan l-aħħar sentejn, il-Kulleġġ tal-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista mexa għal proċess għall-għażla ta’ President ġdid. Il-Kulleġġ unanimament għażel lil Charles Selvaggi li kien jokkupa l-kariga ta’ Viċi President.

Il-Kulleġġ tal-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista wara għadda għall-għażla ta’ Viċi President, fejn inħatret Doris Borg. Kif ukoll ġie magħżul l-avukat Errol Cutajar sabiex jirrappreżenta lill-istess kulleġġ fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma’ Charles Selvaggi u Ryan Cefai Mercieca.

Charles Selvaggi hekk se jkun ukoll ir-rappreżentant fil-Kunsill Amministrattiv tal-partit.

Il-President Charles Selvaggi fl-ewwel messaġġ tiegħu saħaq fuq l-importanza ta’ dan il-Kulleġġ u kif għandu jkun iżjed attiv. Fiż-żmien li ġej se jkun qed jorganizza diversi attivitajiet sabiex iġib flimkien il-kandidati tal-partit għall-elezzjonijiet Ewropew kif ukoll dawk li urew ix-xewqa li jibqgħu jaħdmu bħala kandidati għall-elezzjoni ġenerali ta’ erba’ snin oħra.