Tul ix-xahar ta’ Settembru r-Ryanair se jħabbat wiċċu mal-ikbar strajk li qatt kien hemm fil-kumpanija Irlandiża.
Dan hekk kif il-cabin crew tar-Ryanair f’ħames pajjiżi qablu li fit-28 ta’ Settembru joħorġu fuq strajk ilkoll flimkien.
Il-cabin crew huma dawk bażati fi Spanja, l-Italja, il-Belġju, l-Olanda u l-Portugall u t-tmexxija tar-Ryanair qalet li qed tistenna li l-maġġoranza tal-cabin crew jaħdmu normalment f’jum l-istrajk.
Ir-Ryanair diġà għaddiet minn sitwazzjoni simili dan is-sajf minħabba n-nuqqas ta’ progress li kien hemm fit-taħditiet għal ftehim kollettiv. L-Erbgħa kien hemm strajk mill-bdoti tar-Ryanair bażati fil-Ġermanja għal istess raġunijiet.
Nhar l-Erbgħa minħabba l-istrajk li kien hemm fil-Ġermanja, il-kumpanija kellha tħassar 150 titjira minn madwar 600 li kellha skedati fil-Ġermanja.
Sensiela oħra ta’ strajks għar-Ryanair


