Lokali

Tkompli tirranka l-ħidma għall-Festi tal-Indipendenza

"Grazzi mill-qalb" - Clyde Puli

Hekk kif illejla jiftħu uffiċjalment il-festi tal-Indipendenza bil-gala dinner fix-Xara Lodge, il-ħidma tal-volontiera fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kompliet tirranka.

Fil-fatt, f’dawn il-jiem id-Dar Ċentrali qed tkun mimlija attivita’ – kif jixhdu ukoll dawn ir-ritratti li tpoġġew fuq il-media soċjali mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli. “Naħdmu bla nifs għall-festi tal- Indipendenza”, sostna Clyde Puli, filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li qed joffru ħinhom u l-għajnuna tagħhom.

L-attivitajiet fuq il-fosos tal-Furjana jibdew nhar is-Sibt.

Il-festi tal-Indipendenza jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħamis li ġej bil-mass meeting fuq il-fosos indirizzat mill-Kap tal-PN Adrian Delia.