Ambjent Lokali

Baghadan u Kuċċard li għaddew bl-eluf

Passa kbira ta' għasafar - waħda mill-akbar fl-aħħar snin

Il-Ħamis minn fuq Malta għaddiet waħda mill-akbar passa ta’ tajr tal-priża f’dawn l-ahhar snin.

Mill-10:30am it-tajr beda jigi osservat ipassi, li minnu, il-maggoranza kienu Baghadan u Kuccard.

Għall-ħabta tas-2pm bdew jiġu osservati qtajja kbar, anke ta’ 300 f’salt. Il-passa komplet sad-dlam u ħafna mit-tajr ma raqadx hawn, imma baqa’ sejjer fi triqtu lejn in-nofsihar, wisq probabli minħabba it-temb instabbli fuq il-bahar.

Kien anke rapurtat minn sajjieda li raw passa kbira għaddejja madwar Malta, u dan ifisser li n-numru ta’ tajr li passa kien ħafna akbar.

Fi stqarrija, Kaccaturi San Ubertu (KSU) irringrazjaw lill-membri tagħhom li bħal dan iż-żmien iżommu kont tal-passes u jqattaw sieghat twal fil-kampanja josservaw l-ghasafar.

Il-membri tal-KSU ghaddew mijjiet fuq mijjiet, anke Falkuni u Astuni, imma l-aktar li passew kienu il-Baghadan u l-Kuċċard, li qabzu l-eluf.

Il-Ġimgħa filghodu membri tal-KSU komlew l-osservazjoni u raw dawk i-tajr li raqad ghawn jitlaq filghodu kmieni biex jkompli ipassi. KSU innutat l-osservanza kbira tal-liġi, minkejja dak l-ammont kbir ta’ tajr, u in-numru kbir ta’ kaċċaturi li flimkien ma’ osservaturi tal-għasafar, irhewla fil-kampanja f’postijiet tajbin biex josservaw dan it-tajr.

KSU fl-istqarrija innotaw in-nuqqas ta’ pubbliċita’ min naha tal-BirdLife Malta u CABS, “li joħorġu stqarrijiet biss meta isibu ghasfur mejjet”. KSU qed jinkoragixxu li meta jkun hemm avenimenti bħal dawn ta’ passes kbar, għandu jiġi użat biex in-nies japprezzaw il-passes li jaghddu min Malta u jkunu jistghu igawu dawn l-ghasafar ħhal ħaddiehor.