Ħadd ma weġġa’ wara li nħarqet karozza tat-tip Mercedes fi Triq Danny Cremona fil-Ħamrun. Il-vettura ħadet in-nar għall-ħabta tat-15.00.
Fuq il-post marru minnufih membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollow is-sitwazzjoni.
Mhux magħruf x’ikkawża dan il-ħruq.