L-Indipendenza għandha tkun il-Festa Nazzjonali ta’ Malta – hekk qal il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt żjara lejliet il-ftuħ tal-attivitajiet li se jsiru fuq il-Fosos tal-Furjana.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa tal-Indipendenza fetħu ufficjalment bil-Gala dinner li fissret ukoll sena mill-ħatra tal-Kap tal-PN Adrian Delia.
Fil-kumment li ta lil NET News Adrian Delia spjega s-sinifikat partikolari li għandha l-Festa tal-Indipendenza din is-sena.
Fiż-żjara tiegħu, Adrian Delia dar mal-Fosos tal-Furjana, fejn kienu qed isiru l-aħħar tħejjijiet bi preparazzjoni għall-attivitajiet.
L-attivitajiet li se jkun hemm fuq il-Fosos se jkunu qed imissu nies ta’ kull eta’, fosthom iż-żgħażagħ u t-tfal. Infatti, se jkun hemm żona għat-tfal fejn fost oħrajn se jkun hemm ‘bouncy castle’.
Apparti minn hekk, nhar is-Sibt se jkun qed jiġi organizzat Teen party għaż-żgħażagħ bil-parteċipazzjoni ta’ DJ Nate.
Ser ikun hemm ukoll diskussjoni flimkien mal-Kap tal-PN Adrian Delia f’teatru miftuħ.
Fost l-artisti li ser ikunu qed idoqqu fuq il-palk prinċipali, fl-attivitajiet tal-Festa tal-Indipendenza ser ikun hemm tribute bands ta’ Coldplay u Queen.
Il-milja tal-attivitajiet fuq il-Fosos tal-Furjana tintlaħaq bil-mass meeting ta’ nhar il-Ħamis, lejliet l-Indipendenza.
//= $special ?>