Futbol Sport

Il-YFA ttenni li għandu jkun hemm spazju għall-plejers Maltin f’kull diviżjoni

B’referenza mal-istqarrija li ħarġet l-MFA aktar kmieni dalgħodu dwar il-plejers barranin fil-Kampjonat Premier, il-Youth Football Association ħarġet stqarrija fejn qalet li hi dejjem kienet ċara fil-prinċipji tagħha li għandu jkun hemm spazju tajjeb għall-plejers Maltin fit-timijiet ta’ kull diviżjoni.

Il-YFA qalet li filwaqt li tapprezza l-impenn li tagħmel kull nursery, kbira jew żgħira, tirringrazzja lil dawk il-klabbs li jagħtu kull sapport lin-nursery tagħhom u jagħtu spazju lill-plejers Maltin li joħorġu min-nurseries u li jsibu ruħhom regolari fil-kampjonati Maltin.