Lokali

Vann jibqa’ dieħel fil-barrikati fi Triq Reġjonali

Traffiku kbir fl-inħawi tal-Universita' u l-mini ta' Santa Venera

Sewwieq ta’ vann baqa’ dieħel fil-barrikati ta’ Triq Reġjonali, f’inċident li seħħ kmieni dalgħodu u li wassal biex fiz-zona inġema’ ammont kbir ta’ traffiku.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili, u ambulanza b’tim mediku.

Il-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu qed iwettqu ħidma sabiex il-vann jiġi rmonkat minn fuq il-barrikati.

Jidher li fl-inċident ħadd ma weġġa’ serjament.

Filwaqt li NET News jinsab infurmat li s-sewwieq huwa ta’ nazzjonalita’ barranija, min-naħa tagħhom, Il-Pulizija għadhom ma kkonfermawx din l-informazzjoni.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.