Id-difensur ta’ Valletta Jonathan Caruana se jkun disponibbli għal-logħba li l-Beltin għandhom il-Ħadd kontra Birkirkara wara li l-appell tiegħu ntlaqa’ mill-CAS.
Fis-27 ta’ Marzu tas-sena l-oħra, Jonathan Caruana kien instab pożittiv f’żewġ kampjuni għas-sustenza projbita Ostarine f’test li kien sarlu fuq il-post tax-xogħol. Din is-sustanza tinsab fuq il-lista projbita tal-Aġenzija Dinjija kontra d-Doping (WADA).
Caruana kien saħaq li ma ħa l-ebda sustanza projbita iżda fi kliem in-NADO, id-difensur Malti ma ta l-ebda prova kif is-sustanza daħlet f’ġismu jew prova li ma ħax is-sustanza intenzjonalment. Hu kien sospiż erba’ snin.
Jonathan Caruana appella din is-sentenza mal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport (CAS) fejn għażel li jieħu t-tmien supplimenti li hu kien qed jieħu fiż-żmien li t-test tad-doping kien eżaminat fil-laboratorju tal-WADA. Instab li wieħed mis-supplimenti l-glucosamine, kien kontaminat mal-Ostarine fil-ħin li sar it-test.
//= $special ?>