NAXXAR L. ………… 2 LIJA A. ………………. 2
Naxxar: O. Borg, R. Mercieca, M. Fenech, M. Mifsud, J. Debono, D. Bonnici, R. Cassar, D. Belhadj, S. Nanapere, S. Meilak, M. Belhadj (J. Ellul 78’)
Lija: L. Bonnici, C. Cassar, L. Muscat, D. Scerri, E. Beu, A. Borg, A. Bello Osagie (K. Kuroki 78’), M. Clinch, L. Soares, A. Galea (Z. Valletta 11’), J. Lee Schembri (A. Azzopardi 69’)
Referee: Alan Mario Sant
Il-logħba inawgurali bejn żewġ timijiet relegati mill-Premier offriet spettaklu miż-żewġ naħat, bit-tim ta’ Lija jirnexxielu jikseb punt meritat minkejja li prattikament lagħab il-logħba kollha bi plejer inqas meta wara għaxar minuti tkeċċa l-gowlkiper Bonnici.
Naxxar kellhom bidu mill-aqwa meta wara biss żewġ minuti kross shot ta’ SATURDAY NANAPERE qarraq għal kollox bil-gowlkiper Luke Bonnici bil-ballun jispiċċa fix-xibka.
Il-problemi komplew jikbru għal Lija seba’ minuti wara meta l-gowlkiper Bonnici tilef il-pussess tal-ballun u interċetta l-ballun b’idu barra l-kaxxa bir-referee jordna l-free-kick u jkeċċi lil Bonnici. Mill-free-kick ix-xutt ta’ Nanapere ħabat mal-mimduda.
Minkejja dan kollu, Lija kisbu d-draw fl-14-il minuta fl-ewwel azzjoni tagħhom, meta minn kross ta’ Beu kien ABUBAKER BELLO OSAGIE li bir-ras xeħet fix-xibka.
L-azzjonijiet ma waqfux f’taqsima spettakolari u xutt ta’ Beu kien salvat minn Borg. Fil-21 minuta fawl ta’ Leon Muscat fuq Belhadj bir-referee jordna l-penalty għal Naxxar iżda x-xutt ta’ Nanapere kien salvat mill-gowlkiper sostitut Valletta.
L-azzjonijiet komplew fuq kull naħa biż-żewġ gowlkipers iwettqu saves diffiċli fuq daqqa ta’ ras ta’ Beu u fuq xutt ta’ Jurgen Debono. Fit-33 minuta Naxxar mill-ġdid fil-vantaġġ b’azzjoni ta’ Nanapere li x-xutt tiegħu kien parzjalment salvat minn Valletta u mir-rebound JURGEN DEBONO kompla għal ġewwa.
Fit-tieni taqsima Lija ħarġu iktar determinati biex isalvaw ir-riżultat u rnexxielhom jagħmlu dan fil-51 minuta grazzi għal xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa ta’ ERJON BEU.
Wara dan il-gowl il-logħba naqqset ħafna mir-ritmu tagħha fejn kienu l-iktar in-Naxxarin li ppruvaw jiksbu l-punti iżda minkejja xi inizjattivi ta’ Nanapere l-iskor baqa’ ma nbidilx.
//= $special ?>