Lokali

Raġel mill-Gambja aggredit f’Manoel Island

L-aggressur għadu maħrub u mhux identifikat

Raġel mill-Gambja spiċċa l-Isptar wara li lbieraħ filgħaxija qala’ daqqiet ta’ arma li taqta u bil-ponta f’Manoel Island. Ir-raġel, li għandu 22 sena, sofra feriti gravi.

Jidher illi l-każ seħħ għall-ħabta tat-8:10pm.

Jirriżulta li f’dak il-ħin seħħ argument bejn żewġ persuni, li wieħed minnhom kien ir-raġel mill-Gambja. L-identita’ tal-aggressur għadha mhix magħrufa.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Simone Grech.