Fix-Xara Lodge ilbieraħ sar il-Gala Dinner fl-okkażjoni tal-ewwel sena mill-elezzjoni ta’ Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Din l-attivita’ kienet ukoll intiża biex tagħti bidu għall-festi tal-Indipendenza ta’ din is-sena bit-tema ‘Soċjeta’ Li Jimpurtaha’.
Adrian Delia, akkumpanjat mill-mara tiegħu l-avukat Nickie Vella de Fremeaux, indirizza lil dawk kollha preżenti fejn enfasizza fuq l-importanza li se jkollhom l-attivitajiet fuq il-fosos organizzati mill-PN – attivitajiet li jiftħu nhar is-Sibt li ġej.
Intant, waqt il-Gala Dinner saret ukoll sorpriża lis-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli hekk kif qasam kejk preżentat lilu fil-ġurnata ta’ għeluq sninu.
//= $special ?>