Lokali

Spettaklu kbir mit-tribute band Killer Queen fuq il-Fosos tal-Furjana

Is-Sibt jingħata bidu għall-attivitajiet tal-Indipendenza ta’ din is-sena fuq il-Fosos tal-Furjana. Għall-ftuħ ta’ dawn l-attivitajiet il-Partit Nazzjonalista ħaseb biex itella’ spettaklu kbir mit-tribute band Killer Queen li se toffri spettaklu live għall-familja kollha.

Dan il-grupp, magħmul minn ħames persuni ilu mwaqqaf għal 25 sena, u hu meqjus bħala l-aqwa tribute band tal-grupp leġġendarju Queen. Il-band ikollha tours estensivi madwar l-Ewropa u l-Istati Uniti u ddoqq b’mod regolari f’postijiet Amerikani ta’ prestiġju bħal Red Rocks u Austin City Limits.

Fost il-kanzunetti popolari ta’ Queen li se jkunu interpretati minn Killer Queen insibu ‘We will rock you’, ‘Bohemian Rhapsody’, ‘Somebody to love’, ‘Under Pressure’ u ‘Radio Gaga’. Dan l-ispettakklu jibda fid-disgħa ta’ filgħaxija.