Lokali

Bjorn jitkellem wara l-operazzjoni

Wara kważi ġimgħatejn wara li Bjorn Formosa għamel l-operazzjoni, huwa ppublika filmat fuq il-midja soċjali fejn irringrazzja lill-poplu tas-sosten kontinwu tagħhom.

Dan kollu minkejja li kien hemm biża’ serja li sussegwenti għall-operazzjoni Bjorn ma kienx ser ikun jista’ jitkellem.

Huwa spjega li 12-il jum wara l-operazzjoni kien għadu l-isptar sakemm saħħtu terġa tiġi stabilizzata.

Bjorn insista li din kienet waħda mill-aktar esperjenzi diffiċili li qatt kellu jħabbat wiċċu magħhom s’issa filwaqt li tenna jgħid li issa jista’ jkompli bil-proġett tiegħu Dar Bjorn.